Mustaf Biihi Abdi, Somalu ta’ 33 sena ngħata sentenza ta’ sentejn u nofs ħabs, wara li s-Sibt kien qed iġorr 1.68 grammi ta’ droga kannabis.
Abdi nstab ħati li kiser sentenza oħra li kien ngħata lura fid-19 ta’ Mejju 2017. Dakinhar kien ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. B’dan ir-reat huwa kiser din is-sentenza.
Abdi ġie arrestat is-Sibt filgħodu f’San Ġiljan meta deher suspettiv u fuqu nstab li kellu 1.68 grammi ta’ droga kannabis.
Il-Qorti qalet li huwa għandu problema tad-droga bil-Maġistrat ssuġġericca li fil-habs jingħata l-għajnuna li għandu bżonn sabiex jegħleb dan il-vizzju.