Sentenza ta’ sentejn u nofs ħabs għal mara li nstabet ħatja li, tliet snin ilu, ipprovat tisraq minn banka tal-lottu f’San Pawl il-Baħar. Il-każ seħħ nhar is-29 ta’ Novembru 2019 fi Triq il-Merluzz, ftit qabel il-ħdax ta’ filgħaxija.
L-akkużata, Shania D’Amato, ipprovat twettaq is-serqa flimkien ma’ mara oħra, li isimha ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti. Iż-żewġ nisa żammew mara oħra fil-ħanut kontra r-rieda tagħha waqt li pprovaw jisirqu l-flus.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Barra minn hekk, Shanaia D’Amato ġiet mixlija li kisret l-ordnijiet tal-probation, li saret reċediva, u li kienet kompliċi fis-serq ta’ mowbajl.