Is-sentejn ta’ tmexxija ta’ Robert Abela se jkunu preżentati fi produzzjoni ta’ 25 minuta li llejla fit-8:30pm se tixxandar fuq ONE.
B’diversi kummenti ta’ persuni li jaħdmu qrib il-Prim Ministru u intervisti ma’ persuni oħra mis-soċjetà Maltija li ħadmu miegħu fuq temi importanti, din il-produzzjoni ddur mal-iktar mumenti u deċiżjonijiet li spikkaw tul it-tmexxija ta’ Robert Abela.
L-għada li Robert Abela għamel siegħa u nofs iwieġeb id-domandi tal-ġurnalisti dwar ħidmietu u ħidmet il-Gvern, din id-darba se jitkellmu persuni oħra.
Robert Abela ħa t-tmexxija tal-pajjiż f’mument ta’ sfida, iżda din l-isfida kibret mal-mument li faqqgħet il-pandemija.
Minkejja dan ma naqas xejn mill-għatx għar-riformi u filwaqt li kompla jibni fuq il-ħafna tajjeb li sar, wettaq bidliet importanti.
Dan kollu llejla fuq ONE fit-8:30pm.