Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li hemm ħsieb ġenwin madwar diversi pajjiżi Ewropej li r-Renju Unit jista’ jibqa’ fl-Unjoni Ewropea.
Qal dan waqt intervista ma’ CNN, fejn ġie mistoqsi fuq il-veduti tiegħu dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Kulħadd qed jirealizza li din hija biċċa xogħol kumples
“Hemm min jaħseb bħali”, qal il-Prim Ministru “filwaqt li hemm oħrajn inqas ottimisti”.
“Iżda minix waħdi li għandi din l-opinjoni” sokta jgħid.
Il-Prim Ministru ħeġġeġ il-mexxejja tar-Renju Unit sabiex isir referendum ieħor, li jaf ireġġa lura l-arloġġ fuq din id-deċiżjoni.