Alfred Zahra ta’ 40 sena minn Buġibba, kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li weġġa’ bouncer fi stabbiliment meta tah daqqa ta’ tazza.
Fil-Qorti, Zahra ammetta li fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 t’Awwissu li għadda, hedded u kkaġuna feriti gravi fuq Vincent Cutajar, wieħed mill-uffiċjali tas-sigurtà tal-istabbiliment.
Il-każ seħħ meta nqala argument li fih kienet involuta oħt Zahra u kien wara li l-akkużat daħal biex iferraq il-ġlieda li spiċċa weġġa’ lill-vittma.
Fil-Qorti, kien irrimarkat kif minkejja każijiet preċedenti, Zahra jidher li qabad it-triq it-tajba u għalhekk ma nħassx li Zahra kellu jkun ikkundannat għal priġunerija effettiva.