Keith Falzon, raġel ta’ 35 sena mill-Pietà, ingħata s-sentenza ta’ sentejn ħabs wara li ammetta li seraq injam b’valur ta’ mijiet ta’ ewro minn Ħal Qormi.
Il-każ seħħ f’April li għadda, u l-akkużat qal li għamel dan biex isostni l-vizzju tad-droga.
Qabel ma tat is-sentenza, il-Qorti kkunsidrat li l-akkużat wettaq ir-reat biex isostni l-vizzju tad-droga u li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Għaldaqstant minbarra s-sentenza ta’ ħabs, il-Qorti ordnat ukoll li l-imputat għandu jingħata l-għajnuna psikjatrika u psikoloġika li jeħtieġ.