Abdulani Aberahman, Libjan ta’ 18-il sena li bħalissa diġà qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija fil-ħabs taż-żgħażagħ, intbagħat sentejn ħabs wara li nstab ħati li seraq 13-il mobile b’valur ta’ €8,000.
Huwa tressaq il-qorti u ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Bl-Ispettur Shawn Pawney qal li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija u ried jirranġa għall-iżbalji li għamel.
Mill-investigazzjonijiet illi saru mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali rriżulta li żewġ persuni dak il-ħin dehru jisgassaw il-bieb ta’ barra tal-istabbiliment u daħlu ġewwa. Malli sabu ruħhom fil-ħanut, iż-żewġ persuni serqu ammont ta’ mobiles minn fuq l-ixkaffef.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/07/19/zaghzugh-arrestat-wara-li-allegatament-seraq-numru-ta-mobiles-fapril-li-ghadda/