Ivan Georgiev Gyurov ta’ 28 sena mill-Bulgarija intbagħat sentejn ħabs wara li ammetta instab ħati ta’ serq bi vjolenza.
Jidher li l-aħħar reat seħħ il-Ħadd li għadda meta l-Bulgaru prova jisraq minn xi ħwienet madankollu għal xi raġuni ma seħħx. Apparti minn hekk jidher li fl-20 ta’ Awwissu li għadda, l-imputat ikkommetta reat ta’ serq ta’ flus kontanti mill-istabiliment Mambo BEACH Club fl-Armier. Il-flus misruqa eċċedew l- €2,329.37.
L-imputat nstab ħati wkoll li kien riċediv.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri u Lydon Zammit.