Raġel ta’ 28 sena mwieled l-Eritrea u joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs u ġie mmultat €5,000 wara li wieġeb ħati għal akkużi ta’ theddid, inġurja u li kkawża ġrieħi ħfif.
Huwa mifhum li l-akkużat bejn is-26 u s-27 ta’ Ġunju, 2019 waqt li kien qiegħed fil-bajja ta’ Marsalforn u kisser xi affarijiet. Aktar tard ġewwa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex attakka, irreżista, hedded, inġurja u kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq tlett uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.
Huwa ġie akkużat ukoll talli m’obdiex l-ordnijiet tal-istess uffiċjali tal-Korp u talli volontarjament kiser il-kwiet u l-paċi pubblika, kif ukoll talli ħebb, hedded u inġurja tabiba waqt li kien fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.