Raġel ta’ 36 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Marvis Iyeke, Niġerjan li joqgħod Malta, ġie mmultat €20,000 wara li ammetta li kien involut f’żewġ każi ta’ frodi romantiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ġie mixli b’ħasil ta’ flus minn frodi romantiku f’Diċembru.
Ir-raġel ammetta li seraq eluf ta’ ewro miż-żewġ vittmi, permezz ta’ profil falz li ħoloq fuq l-internet.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ordnat lil lyeke biex irodd lura €14,000 liż-żewġ vittmi, fi żmien sitt xhur.
Id-Difiża tmexxiet mill-avukati Franco Debono u Francesca Zarb.