Sudaniż ta’ 28 sena minn San Pawl il-Baħar intbagħat sentejn ħabs u ġie mmultat €7,000 wara li ammetta li f’Novembru tal-2016 importa kilo droga Khat f’pajjiżna.
Abdirashid Adan Guled ammetta l-akkużi kontrih qabel għadda ġuri.
Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Aaron Bugeja nnota kif anke qrati barranin, fosthom dak tar-Renju Unit, din id-droga hija kklassifikata fost dawk li jagħmlu l-inqas ħsara. Huwa nnota wkoll il-pieni minimi b’rabta ma’ akkużi relatati ma’ din id-droga u anke r-rikors konġunt mill-Avukat Ġenerali li talab għal piena ta’ sentejn ħabs u multa ta’ €7,000.
Meta ta s-sentenza, l-Imħallef Bugeja qies ukoll il-koperazzjoni tal-imputat mal-investigaturi u l-fedina penali tiegħu li kienet waħda nadifa.
L-imputat ġie ordnat iħallas ukoll €5,000 bin-nifs fix-xahar fi spejjeż tal-Qorti