Alanah Jasmin Johnson, Skoċċiża ta’ 31 sena, ammettiet li, fit-3 ta’ Marzu li għadda, attakkat żewġ uffiċjali tal-Pulizija meta kienet xurbana f’Tas-Sliema.
Quddiem il-Maġistrat Nadia Helena Vella, il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Ian Azzopardi, spjegat kif waslilhom rapport li kien hemm persuna mal-art f’Tas-Sliema. Mal-wasla tagħhom, iż-żewġ uffiċjali tal-Pulizija sabu lil Johnson fi stat aggressiv, tant li meta pprovaw iwaqqfuha, ġew attakkati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-akkużata wieġbet ħatja għall-akkużi kontriha, bil-Maġistrat tikkundannaha sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Minbarra hekk, il-Qorti odnatilha tħallas multa ta’ €4,000.