Żagħżugħ ta’ 26 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li tressaq il-Qorti mixli li tajjar anzjan u baqa’ sejjer.
L-inċident seħħ nhar it-Tlieta li għadda fi Triq Ċensu Decandia, Ħal-Luqa. Il-vittma, anzjan ta’ 85 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei bi ġrieħi serji.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għall-bidu, is-sewwieq, li hu ta’ nazzjonalità Spanjola, ma nstabx minħabba li saq minn fuq il-post imma ftit sigħat wara l-inċident ġie arrestat mill-Pulizija f’Ħal Luqa stess.
Fil-Qorti, l-akkużat, Javier Presmanes Serrano, wieġeb li hu ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti kkundannatu sentejn ħabs sospiża għal erba’ snin, filwaqt li mmultatu €500.