Iż-żagħżugħ Deelian Mifsud weħel sentenza ta’ sentejn ħabs wara li nstab ħati li tefa’ żagħżugħ Somalu fil-baħar u pprova jweġġgħu.
Il-każ kien seħħ fl-Lulju tal-2021, fl-Imġarr Għawdex, fejn l-akkużat kien ġie arrestat u l-proskuzzjoni xlietu li weġġa’ ħafif lis-Somalu, li kissirlu l-mobile, li kiser il-paċi pubblika u li kiser ordni tal-Qorti imposta fuqu fl-2020.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat innutat kif l-intenzjoni tal-imputat kienet li jweġġgħu u li jitfgħu l-baħar.
Huwa nstab ħati wkoll li kiser il-paċi pubblika.