Raġel ta’ 34 sena miż-Żimbabwe ġie kkundannat sentejn ħabs wara li tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ serq minn ħanut f’Tas-Sliema.
Ibrahim Ismail Farouk ġie akkużat ukoll li seraq flus kontanti minn karozza, ukoll f’Tas-Sliema, f’Jannar li għadda.
Fil-bidu ta’ din is-sena, ir-raġel ammetta li pprova jisraq minn ħanut tal-ħaxix f’Tas-Sliema, liema delitt ma ġiex esegwit minħabba xi ħaġa inċidentali u indipendenti mill-volontà tiegħu.
Il-Maġistrat ta’ dakinhar, Monica Vella, kienet laqgħet it-talba biex qabel tingħata s-sentenza jsir rapport dwar il-qagħda soċjali tar-raġel, u se tkun qed tagħti s-sentenza fid-29 ta’ Marzu li ġej.