The Convenience Shop, qed iħabbar sensiela ta’ inizjattivi ta’ tħawwil ta’ siġar f’diversi lokalitajiet f’Malta.
B’kollaborazzjoni mal-NGO ambjentali Coast is Clear u diversi kunsilli lokali, dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jsebbħu l-ispazji pubbliċi u jippromwovu aktar ħdura fi ħdan il-komunitajiet li jaqdu.
Wara attivitajiet ta’ taħwil ta’ siġar f’Ħaż-Żebbuġ u Santa Luċija, The Convenience Shop se jkun qed ikompli b’aktar tħawwil f’diversi lokalitajiet madwar il-gżejjer fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn l-isforzi jmorru id f’id mal-impenn tal-kumpanija li tgħin biex Malta ssir aktar ekoloġika għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Minbarra dawn l-avvenimenti ffukati fuq il-komunità, The Convenience Shop organizza attività speċjali ta’ tħawwil ta’ siġar f’Kennedy Grove fil-Qawra. Dan l-avveniment serva kemm bħala avveniment għall-impjegati tal-kumpanija, kif ukoll bħala inizjattiva ta’ impenn fil-komunità.
Andrew Attard, Assistent Eżekuttiv tad-Diretturi ta’ The Convenience Shop, qal li, “Bħala kumpanija li għandha għeruq fil-komunità lokali, qed inġibu flimkien lill-kollegi tagħna għal kawża sinifikanti. L-avveniment tagħna ta’ tħawwil tas-siġar f’Kennedy Grove mhux biss issaħħaħ impenn tagħna lejn l-ambjent iżda jrawwem ukoll spirtu ta’ kollaborazzjoni bejn it-tim u impenn komunitarju eqreb.”
Għal aktar tagħrif dwar The Convenience Shop, inklużi l-inizjattivi b’risq il-komunità, wieħed jista’ jżur is-sit www.theconvenienceshop.com.