Ir-Rapport tal-aġenzija Fitch jinsab fuq fomm kulħadd hekk kif iddikkjaraw li l-ekonomija lokali m’għadiex biss stabbli, imma ukoll pożittiv. Dan huwa l-iktar rapport riċenti minn sensiela li lkoll innutaw kif l-istrateġija ekonomika attwali qed tħalli frott li qed igawdi minnu l-poplu.
Fl-aħħar xhur l-ekonomija lokali, li rat tkabbir bla preċedent u tisħiħ fid-diversi friegħi tagħha, kienet is-suġġett ta’ titjib f’erba’ rapporti minn tliet aġenziji tal-klassifikazzjoni ta’ kreditu differenti.
L-iktar riċenti kien dak ta’ Fitch, li qal li l-ekonomija lokali mxiet minn stabbli għal pożittiva. Dikjarazzjoni li tkompli tikkonferma il-frott siewi li qed tħalli l-istrateġija ekonomika li addotta Gvern Laburista.
Intant f’Mejju Moody’s qalet li l-ekonomija f’Malta fl-aħħar snin qabżet l-aspettattivi bi tkabbir qawwi ta’ madwar erbgħa fil-mija din is-sena.
Biex imbagħad f’Lulju, Standard and Poor’s qalu li ż-żieda fl-ammont ta’ flus li l-familji qed ikollhom fil-but se tkompli ssaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fil-konsum privat f’Malta.
Biex issa, f’Awwissu Fitch qalu li dan ipoġġi lil pajjiżna lejn futur ekonomiku pożittiv, f’qagħda aħjar biex jattira ferm iktar investiment produttiv, li se jkompli jżid l-impjiegi.
RAPPORTI MILL-AĠENZIJI TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KREDITU
MEJJU: MOODY’S- L-EKONOMIJA LOKALI QABŻET L-ASPETTATTIVI
LULJU: S&P – IKOMPLI JISSAĦĦAĦ IT-TKABBIR EKONOMIKU
AWWISSU: FITCH- MALTA LEJN FUTUR EKONOMIKU POŻITTIV
Il-gazzetta l-Kullħadd tinnota li jekk wieħed iħares len il-bidliet tal-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu,
F’Settembru 2013 Fitch qalbet il-ħarsa tagħha lejn l-ekonomija Maltija minn Negattiv għal Stabbli.
Segwewhom Moody’s li f’Ottubru 2013 għamlu l-istess bidla.
F’Lulju 2015 Standard & Poors biddlu l-ħarsa ekonomika Maltija minn Stabbli għal Pożittiv, biex issa, f’Awwissu 2016, segwewhom Fitch li wkoll qalbu l-ħarsa lejn l-ekonomija Maltija għal waħda pożittiva.
Id-diversi rapporti jinnutaw elementi komuni: il-miżuri għaqlija li ħa l-Gvern attwali, li ta prijorita lit-tisħiħ tal-ekonomija lokali, il-governanza tajba li hawn f’pajjiżna, u żieda fil-fiduċja interazzjonali fil-prospetti ta’ Malta.
L- Aġenziji qablu li Malta riesqa lejn futur eċċellenti, fejn pajjiżna qed jikkumpara sew ma’ pajjiżi oħra, li bħal Malta, kklassifikati f’livell A.