Għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ f’ħafna min-Nofsinhar tat-Turkija u t-Tramuntana tas-Sirja wara terremot kbir li ħataf il-ħajja ta’ ħafna. Issa l-imwiet huma kkonfermati li laħqu l-2,300 ruħ, għalkemm dan in-numru mistenni jikber ferm iktar.
In-Nofsinhar tat-Turkija ntlaqtet minn żewġ terremoti llum u minn dak il-ħin, ġew irrappurtati għexieren ta’ aftershocks madwar ir-reġjun, jiġifieri terremoti oħra fuq skala iżgħar. Minkejja li b’inqas qawwa, dawn xorta kellhom madwar Forza 6, li normalment ikun meqjus bħala terremot imdaqqas fih innifsu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/06181837/terremoti.jpg)