Ir-Renju Unit reġa’ qiegħed ikun suġġett għal sensiela oħra ta’ strajks minn diversi ħaddiema fosthom dawk li jaħdmu fil-kontrolli tal-passaport fl-Ajruporti, ħaddiema tal-ferroviji u eżaminaturi tat-testijiet tal-karozzi.
Dan minkejja li uħud oħra, rappreżentati minn unjin differenti se jkunu qegħdin jidħlu lura għax-xogħol, madanakollu, dawk li se jivvjaġġaw domestikament jew inkella minn u lejn ir-Renju Unit qegħdin ikunu avżati dwar dewmien li jista’ jaffetwahom.
Il-ħaddiema tal-ferroviji qegħdin jagħmlu strajk wara nuqqas ta’ qbil mal-Gvern tar-Renju Unit kawża ta’ dan kumpanija tal-ferrovija qalet li s-servizzi li toffri huma mwaqqfa kompletament.
L-istess qegħdin jgħidu l-eżaminaturi tat-testijiet tal-karozza, li bl-għoli tal-ħajja preżenti fir-Renju Unit iż-żieda offruta hija ferm inqas.