“The Women of George Cross Island” hija sensiela dwar eroj Maltin li pajjiżna ftit li xejn jaf dwarhom u dwar il-kuraġġ li kienu juru.
Din il-produzzjoni ddur mas-saħħa u l-perseveranza murija minnhom f’wieħed mill-agħar kapitli li għexet id-dinja, dik tat-tieni gwerra dinjija.
Dan id-dokudramm se jkun irrakkuntat minn fomm in-nies li għexu l-gwerra, u li ħadmu u għexu taħt l-istess saqaf ma’ dawn in-nisa.
Se jintwerew ukoll dokumenti li sal-lum qatt ma kienu raw id-dawl tax-xemx.
Il-produtturi ta’ din il-produzzjoni qalu li l-kontribut ta’ nisa bħal dawn waqt il-gwerra kienet seminali biex eventwalment tbiddlet l-istorja politika Maltija u ngħata d-dritt tal-voti lin-nisa fl-1947.