It-team ta’ Senglea Boċċi Club huma ċ-champions nazzjonali tal-Pool meta l-bieraħ għelbu lil Jojo’s Bar B’Buġa 11-9 fil-finali tal-kampjonati ID Malta Premier organizzati mill-Malta Pool Association. Il-logħba kient ferm eċċitanti u ż-żewg naħat provdew logħob ta’ livell għoli.
Is-Senglejani fetħu vantaġġ ta’ 7-3 pero b’ determinazzjoni kbira t-tim ta’ B’ Bugia naqqas id-distakk għal 8-7 biex żamm l-isfida miftuħa. Fl-aħħar sessjoni bl-iskor 10-9 Christ Tabone għal Jojo’s Bar kien ferm sfortunat meta ippotja l-kulur kollu imma ġie maskla għall-boċċa s-sewda. Minn dan in-nuqqas approfita tajjeb Johan Attard li kiseb il-rebħ tal-frame u ha t-tazza ġewwa l-Isla.
It-team ta’ Senglea Boċċi Club kien kompost minn Ryan Pisani, Tony Drago, Wayne Bonnici, Dejan Grech, Johan Attard, Kevin Mercieca, Ray Caruana, Antione Aquilina, Jason Agius and Christ Cocker filwaqt li t-tim ta’ Jojo’s Bar B’ Bugia inkluda lil Blu Tabone, Christ Tabone, Lee Ryan, Alessio Magro, Mario Spiteri, Marius Carabott u Glenn Axiak.