Kaled Muktahar Ben Gamhur ingħata sentenza ta’ sena u nofs ħabs, wara li wieġeb ħati li fil-15 ta’ Ġunju li għadda seraq €118 u mobile minn vettura.
L-imputat wettaq dan l-att kriminali meta kien għadu jinsab taħt ordni ta’ probabtion, filwaqt li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà kkundizzjonata.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud tenna li l-Qorti ma tistax tagħmel rikkomandazzjoni lill-Uffiċjali tal-Immigrazzjoni Ewlieni biex l-akkużat jiġi estradit lura lejn pajjiżu għaliex huwa għandu xi familjari joqgħodu f’Malta.