Is-sena 2018 se tibqa’ mfakkra bħala waħda ta’ suċċess għall-ekonomija Maltija!
F’analiżi li għamlet il-gazzetta Kullħadd intqal kif dan is-suċċess kien magħmul minn għaxar indikaturi mportanti li jkopru l-andament eknomomiku.
Fost dawn hemm it-tkabbir fil-prodott domestiku gross li minkejja t-tbassir mill-aġenziji ta’ kreditu u mill-istituzzjonijiet internazzjonali kien dak ta’ tkabbir ta’ ħamsa fil-mija, l-indikazzjonijiet huma li dan se jkun ta’ aktar minn sitta fil-mija. Filfatt l-ekonomija kibret b’rata ta’ tliet darbiet ta’ dik osservata fl-ekonomija Ewropeja. L-analiżi tgħid li dan kien dovut għal livell bla preċedent ta’ investiment f’pajjiżna, filfatt fl-ewwel tliet kwarti tas-sena kien hawn spiża rekord mis-settur privat speċjalment mis-settur pubbliku.
Dan huwa frott l-ottimiżmu li jezisti fost l-operaturi ekonomiċi f’pajjiżna. Matul din is-sena stħarriġ wara l-ieħor tal-Kummissjoni Ewropea qiegħed ipoġġi lin-negozji u lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin bħala l-aktar kunfidenti fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropeja. Dan kollhu qed iwassal għal żidiet kontinwi fl-ammont ta’ impjiegi, dan hekk kif pajjiżna issa għandu rata ta’ impjiegi li hi ogħla mill-medja ewropea għall-ewwel darba fl-istorja.
Matul din is-sena rajna kif ir-rata tal-qgħad naqset għall-anqas livell fl-istorja ta’ pajjiżna ta’ tlieta punt seba fil-mija, dan huwa ferm anqas livell fl-istorja ta’ pajjiżna.
Is-sena elfejn u tmintax fissret ukoll tnaqqis qawwi fl-ammont ta’ persuni dipendenti mill-assistenza soċjali. Jidher li dan sar bis-saħħa tat-titjib fl-ekonomija li laħaq lil dawk l-aktar vulnerrabli, tant li dawk li kellhom jirrikorru għall-għajnuna finanzjarja mill-Gvern naqsu għal ftit aktar minn ħamest elef persuna minn medja ta’ aktar minn tmint elef bejn l-elfejn u tnax u l-elfejn u sbatax. L-istatistika uffiċjali turi kif il-paga medja laħqet aktar minn dsatax il-elf ewro, dan meta l-medja bejn l-elfejn u tnax u l-elfejn u sbatax kienet ta’ sittax il-elf u ħames mitt ewro jiġifieri kien hemm żieda ta’ aktar minn elfejn u ħames mitt ewro,.
Il-qagħda fiskali tal-Gvern kompliet titjieb matul din is-sena. fl-ewwel ħdax il-xahar ta’ din is-sena il-qagħda fiskali kienet ta’ mija u seba u għoxrin miljun ewro aħjar mis-sena li għaddiet fejn mistennija jkollna surplus qawwi.
B’rabta mal-qagħda finanzjarja ta’ pajjiżna filwaqt li l-Gvern żied b’mod qawwi l-ispiża kapitali, naqqas id-dejn nazzjonali u filwaqt li da
Matul din is-sena li waslet biex tispiċċa l-ispiża fuq is-saħħa, l-edukazzjoni u s-servizzi soċjali laħqet iż-żewġ biljun ewro bejn l-elfejn u tnax u l-elfejn u sbatax. Filfatt fl-ewwel ħdax il-xahar tas-sena din kienet diġa laħqet tnejn punt erba miljun ewro. Din iż-żieda ta’ għoxrin fil-mija seħħet minkejja li kien hemm anqas nies jiddependu mill-assistenza soċjali u mill-benefiċċji tal-qagħad.