Il-Bank Of Valletta qed tfakkar l-ewwel anniversarju tal-programm ta’ leave għall-xogħol volontarju tal-impjegati tiegħu, bil-kontribuzzjoni ta’ aktar minn 430 impjegat li taw 3,500 siegħa għal kawżi komunitarji u ambjentali fl-2024.
Din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn tal-Bank għall-tesponsabbiltà soċjali korporattiva, u turi l-ħidma f’tim u l-impatt pożittiv fuq is-soċjetà.
Il-programm joffri lill-impjegati l-opportunità li jiddedikaw ġurnata għal volontarjat, b’attivitajiet li jinkludu t-tindif ambjentali, it-tħawwil ta’ siġar, u l-appoġġ għal individwi vulnerabbli u santwarji tal-annimali. Dawn l-attivitajiet kienu organizzati mill-Bank f’kollaborazzjoni mal-CSR.
Il-Bank of Valletta se jkompli joffri l-programm ta’ leave volontarju u jistedinhom biex jkomplu jikkontribwixxu għal kawżi soċjali u ambjentali, għaqdan mal-komunità.