F’bosta bliet u rħula fil-Brażil, eluf ta’ dismostranti ħarġu fit-toroq biex jipprotestaw kontra l-President tal-pajjiż, Jair Bolsonaro.
Il-protesti kienu organizzati mill-partiti fl-oppożizzjoni u mit-trade unions.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn il-protesti seħħu sena biss qabel l-elezzjoni ġenerali fil-Brażil.
Filfatt Bolsonaro qiegħed jaqa’ lura u naqqas mill-popolarità f’diversi surveys li qed isiru.
Diversi Brażiljani jinsabu rrabjati għall-mod kif ġiet immaniġjata l-pandemija hekk kif aktar minn 600,000 persuna mietu kawża tal-virus.