Fil-kappella ta’ Santa Katarina fil-Belt Valletta ġiet mfakkra sena mill-mewt tal-eks Deputat tal-Partit Laburista Silvio Parnis.
F’kappella mimlija sa ruħ ommha, miksija bil-ponzjetti ħomor, intqal kif sena ilu l-mulej għajjat lil Silvio għal ħdejh.
Kien it-Tlieta filgħodu, 3 ta’ Jannar 2023 meta tħabbret il-mewt tal-eks xandar, sindku, Segretarju Parlamentari u Deputat Laburista, fl-età ta’ sebgħa u ħamsin sena.
Quddiem it-tifel, omm u mart Silvio, Father Michael Camilleri tenna li Silvio kien raġel b’qalb tad-deheb li jipprova jgħin lil kulħadd għax f’kull proxmu jara x-xbieha ta’ Ġesu.
Fil-fatt ftit xhur wara mewtu, Silvio Parnis ngħata l-unur ta’ Ġieħ ir-Repubblika.
Parnis għamel mill-politika missjoni sabiex jgħin lil persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.
Huwa rnexxielu jgħaqqad is-servizz politiku mal-kawża soċjali, b’kuntatt man-nies il-ħin kollu u b’ħidma biex itejjeb il-qagħda ta’ bosta familji u ħaddiema.
Preżenti għal din il-quddiesa kien preżenti l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard