Sena mill-qtil tal-Afrikan Amerikan George Floyd eluf fakkru dan ir-reat li xpruna dimostrazzjonijiet kontra r-razziżmu u l-vjolenza instigata mill-Pulizija madwar id-dinja.
Tul din is-sena beda jinstema’ l-każ kontra Derek Chauvin, l-eks uffiċjal tal-Pulizija li fil-famuż filmat li dar mal-midja soċjali, jidher iżomm irkopptu m’għonq Floyd b’ċertu forza, minkejja li l-vittma kien qed jilmenta li ma jistax jieħu nifs. Chauvin instab ħati tal-qtil u ġie kkundannat il-ħabs.