Illum it-Turkija se tfakkar l-attentat ta’ kolp ta’ stat li seħħ sena ilu fuq il-pont Bosphorus fejn 260 persuna tilfu ħajjithom u iktar minn 2,000 sfaw midruba.
Dan wara li taqsima fl-armata Torka riedet tieħu l-poter mill-President Erdogan. Mill-15 ta’ Lulju 2016 sal lum il-Gvern Tork neħħa mal-150,000 impjegat tal-Istat u injora l-kritika ċivili.
Intant sa ġimgħa ilu stess eluf inġabru f’Istanbul f’ dimostrazzjoni kontra l-Gvern ta’ Erdogan. Diversi dimostrazzjonijiet mistennija joħonqu t-toroq tal-Ibiliet Torok iktar tard illum bil-President jindirizza il-Parlament fil-ħin li sar il-kolp ta’ stat.
Il-ħmistax ta’ Lulju issa hija vakanza annwali Torka.