Hekk kif bħal għada sena bdiet il-Gwerra fil-Palestina, diversi persuni nġabru fil-Belt Valletta, għal mixja ta’ dimostrazzjoni, organizzata minn Moviment Graffitti.
Preżenti kien hemm fost l-oħrajn l-ambaxxatur għall-Palestina f’Malta, fejn tkellem dwar l-okkupazzjoni ta’ Iżrael fil-Palestina – u l-ġenoċidju li qed jitwettaq, mhux biss fil-Palestina, iżda wkoll fil-pajjiżi ġirien, bħal-Libanu u Yemen.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawk preżenti kantaw diversi kanzunetti marbuta mal-Palestina, filwaqt li żammew kartelluni bi slogans favur il-Palestina, u li jappellaw għall-waqfien mill-ġlied.