L-2018 mistennija tkun sena rekord ta’ persuni li marru ċ-ċinema fl-Ewropa. Studju fl-Ewropa juri li mhux anqas minn 176 miljun persuna għażlu li jaraw film fis-swali taċ-ċinema. Din hija l-ogħla rata mill-1970 s’issa, u żieda ta’ sitt miljun persuna meta mqabbel mal-2017.
Fl-Ewropa, iċ-ċinema mmistennija ddaħħal ftit anqas minn żewġ biljun ewro sal-aħħar ta’ din is-sena.
Esperti fil-qasam qalu li dan is-suċċess kien kollu grazzi għall-għażla ta’ films ta’ kwalità li nzerta kien hemm fiċ-ċinema din is-sena. Fakkru kif l-2018 bdiet bil-kbir bil-film The Greatest Showman, kompliet b’films li ġibdu l-eluf ta’ etajiet different bħal Peter Rabbit u Mamma Mia! Here we go again, u laħqet il-qofol tagħha bil-film Bohemian Rhapsody.
Iċ-ċinema mistennija tkun bieżla ferm fi żmien il-festi, hekk kif fi ftit jiem se joħroġ il-film tant mistenni Mary Poppins.