Wiegħda elettorali li kienet segwita minn dibattiti twal fil-Parlament u lil’hinn minnu, ħadet il-ħajja tul l-aħħar tnax il-xahar.
Tnax–il xahar li matulhom bdiet taħdem l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, wara li l-ambjent ingħata iktar saħħa b’entità għalih u nfiered minn mal-ippjanar.
Għaċ-ċermen tal-ERA dik li għaddiet kienet sena li saħħet il-vuċi tal-Ambjent, bil-Professur Victor Axiak jargumenta li hemm iktar minn sempliċi għajta favur l-ambjent.