Żgħażugħ ta’ 23 sena mill-Imtarfa ġie kkundannat sena ħabs wara li l-erbgħa li għadda inqabad jisraq minn diversi karozzi f’Tal-Pieta’.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Robert Vella qalet li l-akkużat kien tiġa inagħta żewġ sentenzi ta’ probation u li kellu problemi relatati mal-abbuż tad-droga. Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace appellat lill-ġuvni sabiex jirrispetta aktar lill-familja sabiex ma jkomplix ipoġġihom taħt dell ikrah.
Kien hawn fejn l-imputat ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih. Għalekk il-Qorti sabitu ħati u tagħtu s-sentenza ta’ sena ħabs u ordni ta’ trattament. Il-Qorti rrakkomandat ukoll lid-Direttur tal-Ħabs sabiex jippermetti liż-żgħażugħ jibda programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga.