Raymond Culross, Skoċċiż ta’ 60 sena ngħata sena ħabs sopiża għal 18-il xahar wara li wieġeb ħati li seraq oġġetti minn ħanut fl-ajruport nhar il-Ħadd li għadda.
Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Lara Lanfranco tat ċans lill-imputat biex jirrevedi l-ammissjoni tiegħu, iżda huwa reġa’ wieġeb ħati.
Hu rritorna kull oġġett li seraq.