Missier ta’ żewġt itfal żgħar li għandu divjett fuq ismu, ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li fost l-oħrajn hedded u kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza fuq omm uliedu.
Il-każ seħħ it-Tlieta li għadda fis-sitta ta’ filgħaxija f’Marsaskala, meta l-imputat ffastidja lill-mara, heddidha permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni u insulentaha.
Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli l-Avukat difensur saħaq li dan seħħ wara li l-mara ma ħallitux jara lil uliedu.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti imponiet sena ħabs sospiża għal sentejn, ordni ta’ protezzjoni fuq il-mara kif ukoll li jħallas tmien mitt ewro fuq garanzija personali ta’ każ ieħor.