Rumen ta’ 22 sena li nqabad jisraq minn ħwienet f’ tas-Sliema ingħata sentenza ta’ ħabs għal sena.
Susan Andrei, wieġeb ħati tal-akkuża li tul it-tmien xhur li għaddew seraq ħwejjeġ minn żewġt iħwienet f’ tas-Sliema. Huwa nqabad fil-fatt is-Sibt,f’ ħanut f’ The Point.
Ir-rumen qal li mgħandux xogħol jew indirizz fiss fejn jgħix, iżda l-Magistrat Ian Farrugia qal li ma kellux alternattiva ħlief sentenza ħabs speċjalment meta nqabad jisraq.