George Galea, ta’ 51 sena, ingħata sentenza ta’ sena ħabs wara li nstab ħati li, fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Novembru li għadda, kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti.
Galea saq karozza bla pjanċi għall-ħabta tas-2.15 ta’ filgħodu, fil-ħin li suppost kien qiegħed ġewwa. Huwa nqabad fi Triq l-Imdina, f’Ħaż-Żebbuġ.
Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, huwa ġie mixli wkoll li kien riċediv, iżda ma nstabx ħati ta’ din l-akkuża.
Huwa nqabad mill-Pulizija mumenti wara li nsterqu b’madwar €150,000 f’ġojjellerija mill-ħanut Diamonds & More f’Ħ’Attard.
Il-karozza, qanqlet dubju mill-Pulizija minħabba li kienet qed tinstaq bla pjanċi ftit wara serqa fl-inħawi.
Apparti l-piena ta’ ħabs, Galea ġie mċaħħad milli jkollu liċenzja tas-sewqan għal sena.
Il-Qorti ordnat il-konfiska ta’ €10,000 mill-garanzija personali mħallsa mill-akkużat b’rabta mal-ħelsien mill-arrest li kien ingħata. Kitba: Ruslana