Sqalli kien immultat u ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li prova jimporta ammonti żgħar ta’ kokaina lejn Malta għal użu personali.
Antonio Adolfo minn Katanja kienn akkużat li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kannabis u importa din id-droga. Kien akkużat ukoll reċidività u li prova jimporta karozza misruq tat-tip BMW lejn Malta lura fl-2013.
Il-prosekuzzjoni qalet li l-verżjoni tal-Isqalli kienet konsistenti mal-investigazzjoni tagħha. L-isqalli ntbagħat sena ħabs sospiża għal erba’ snin kif ukoll multa t’elf ewro li jrid iħallas fi żmien għaxar xhur.