Adam Callus ġie kkundannat sena ħabs wara li kien akkużat b’serqa ta’ basket minn vann ipparkjat ir-Rabat Għawdex, il-Ħamis li għadda. L-akkużat ametta l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Basket misruq intrema f’landa taż-żibel minn nies li kienu fuq il-post u li wara għenu lil Pulizija biex tidentifika r-raġel. Adam Callus huwa magħruf mal-Pulizija b’rabta ma’ każijiet ta’ serq minn diversi bajjiet.
Fis-sentenza l-Maġistrat Paul Coppini kkunsidra il-fatt li Callus ibati mill-vizzju tad-droga u filwaqt li tatu sentenza ta’ sena ħabs appellatlu biex jirriforma ruħu.