Heritage Malta se torganizza seminar ieħor ta’ nofs ta’ nhar fuq il-frammenti tal-wirt kulturali bl-isem ta’ ‘Archaeological fragments and other sources of information’.
Is-suġġetti ttrattati f’dan is-seminar jinkludu l-arkeoloġija fil-pre-istorja, fil-perjodu klassiku u wara l-perjodu medjevali, frammenti fil-mużewijiet u l-użu tal-kollezzjonijiet fil-mużewijiet, ix-xenarju, l-arkivji u l-użu tal-istatistika.
Is-seminar ta’ nofs ta’ nhar se jittella’ fil-Gran Salon fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta. L-attendenza għal dan is-seminar hija b’xejn u dawk interessati jattendu huma ġentilment mitluba jirreġistraw billi jibagħtu email fuq archaeology@heritagemalta.org. Is-seminar jibda fit-8.30am.
Għal iktar tagħrif dwar Heritage Malta jew attivitajiet organizzati mill-aġenzija, żur il-website www.heritagemalta.org, jew il-paġna uffiċjali ta’ facebook.