Nhar is-Sibt, 15 ta’ Marzu, fl-Intercontinental Hotel San Ġiljan, Master Noel Mercieca mit-Team Noel Fight and Fitness se jerġa’ jorganizza seminar ta’ kickboxing ta’ ġurnata.
Is-seminar se jkun maqsum f’żewġ sessjonijiet: waħda filgħodu mill-10 am sa 12 pm u l-oħra wara nofsinhar bejn is-2 pm u l-4 pm wara l-waqfa tal break.
Kafè u xorb tal-ilma b’xejn se jiġu pprovduti waqt il-waqfa tal break. Kif kien għamel f’seminars oħra fil-passat master Noel stieden figura leġġendarja fl-arti marzjali u l-kickboxing, Andy Souwer sabiex imexxi dan s-seminar.
Andy Souwer, li huwa Olandiż u eks kickboxer imwieled fid-9 ta’ Novembru 1982, huwa wieħed mill-kickboxers l-aktar influwenti fl-istorja, eks champion dinji ta’ It’s Showtime 70MAX, u erba’ darbiet champion tat-tournaments mondjali Shoot boxing u żewġ titli K-1 World MAX bejn l-2005 u l-2007.
Għalhekk, dawk l-atleti kollha tal-kickboxing li se jkunu qed jipparteċipaw f’dan is-seminar għandhom isibu ġurnata mimlija taħriġ u tagħlim ta’ tekniki strumentali mil-leġġenda nnifsu, Andy Souwer.
Filwaqt għal dawk l-oħrajn li għadhom qed jaħsbu dwarha, għandhom jieħdu din l-opportunità u jikkuntattjaw lil Master Noel Mercieca sa nhar il-Ġimgħa 14, fuq in-numru li ġej 79208283 jew l-indirizz elettroniku noelmercieca75@gmail.com.
