Nhar is-sibt 14 ta’ Settembru Il-Malta National Combat Sports Cooperative se terġa’ ittella’ seminar edukattiv fil-qasam tal-Muay Thai, K1 u Boxing. Is-seminar se jkun immexxi mill-franċiż ta’ fama internazzjonali Andre Zeitoun.
Huwa għandu esperjenza ta’ ‘l fuq minn 30 sena fil-qasam tad-dixxiplini tal-Muay Thai u Boxing u se jaqsam ma’ dawk preżenti għas-seminar teknika differenti.
Dan is-seminar se jdum sagħtejn u s ejsir fit-training courts Ta’ Qali.
Il-klabbs maltin u għawdxin huma mistiedna sabiex jattendu għall-prezz ta’ 20 euro.
Dawk li jattendu se jingħataw ċertifikat ta’ attendenza iffirmat minn Andre Zeitoun innifsu.
Kull min huwa interessat jista’ jikkunttaja lil Simon Chetcuti fuq 7908 3686
