Illejla fit-20:00, fl-Al Bayt Stadium, se nkun qed nassistu għal semifinali ferm mistennija bejn il-Marokk li wettqu dan il-pass storiku u ċ-champions renjanti Franza.
Għal xi wħud tfisser ukoll il-logħba ta’ bejn żewġ ċittadinanzi, li minflok se jifirdu, se jġibu flimkien dawn iż-żewġ pajjiżi. Wieħed minnhom huwa Abdel ta’ 48 sena Marokkin mwieled f’Pariġi u li għandu ħanut tal-merċa fin-naħa ta’ fuq ta’ Pariġi. Għall-poplu Marokkin din hija semifinali inkreddibli u se ġġib flimkien ħafna nies u ġenerazzjonjier differenti. Abdel kompla jgħid li jirbaħ min jirbaħ illejla, se jkollu għalxiex jiżfen u jiċċelebra!
Fid-dawl ta’ oppożizzjoni min-naħa tal-lemin estrem fi Franza, din is-semifinali qed tagħti nifs pożittiv kontra l-kliem ta’ anti-immigirazzjoni użat anki fil-Parlament Franċiż. Fil-fatt għal ħafna, is-semifinali mhu se jkollha x’taqsam xejn mal-kolonjaliżmu ta’ bejn l-1912 u l-1956, imma l-wirt tad-diversità fi Franza.
Ta’ min isemmi li l-kowċ tat-tim nazzjonali Marokkin, Walid Regragui, ukoll huwa Marokkin li twieled u trabba’ f’Pariġi.
Ritratt: Kiran Ridley/Getty Images.