Il-Bank tal-Iżvilupp li qed iwaqqaf il-gvern Malti m’għandux l-għan li jagħmel il-qligħ. Iżda, se jkun hemm biex jgħin proġetti li jistgħu jkunu utli għall-ekonomija Maltija. Spjega dan id-Deputat Prim Ministru Louis Grech, li f’isem il-gvern ressaq il-liġi fil-parlament.