Il-kantanta ta’ fama internazzjonali, Selena Gomez, żvelat kif dan is-sajf kellha operazjoni fejn rċeviet kilwa wara li nħolqulha kumplikazzjonijiet kawża tal-kundizzjoni li għandha, lupus.
Permezz ta’ ritratti li poġġiet fuq il-profil ta’ Instagram, Gomez qalet kif il-ħabiba tagħha Francia Raisa tatha organu u qalet li riedet tispjega lis-segwaċi tagħha għalfejn f’dawn l-aħħar xhur ma tantx semgħu mingħanda – anke jekk kienet għadha kif ħarġet mużika ġdida.
Sostniet li għalkemm hi kienet ferm kburija bil-mużika li ħarġet, ma setgħetx tippromwovi xogħlha hekk kif kienet qed tirkupra wara l-operazzjoni.
Il-kantanta qalet li tinsab ferm grata għall-ġest li għamlet ħabitha, hekk kif reġgħet tagħtha l-ħajja mill-ġdid.