Serje televiżiva għadha kemm temmet il-fażi tal-filming f’Malta, b’investiment ta’ tmien miljun ewro. Is-serje hija dwar fdalijiet storiċi u nġibdet fuq perjodu ta’ ħames xhur f’diversi positijiet madwar pajjiżna. Barra minn hekk inbnew numru ta’ sets apposta għas-serje.
Il-Kummissjoni Maltija għall-Films ħabbret li fil-ġimgħat li ġejjin se tibda’ l-ħidma fuq serje oħra Taljana, li se tkun qed tixxandar fuq ir-RAI.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, responsabbli wkoll mill-industrija tal-films, qal li dan huwa eżempju ċar ta’ diversifikazzjoni – l-industrija tal-films m’għadhiex tiddependi fuq il-fims biss imma qed tattira anke proġetti għat-televiżjoni u produzzjonijiet li għandhom baġit kbir.