Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares fuq Facebook ġie ppubblikat l-ewwel ritratt taċ-ċkejkna Ellie wara l-intervent suċċess tagħha fir-Renju Unit.
Dan ir-ritratt ittieħed eżatt wara li qamet mill-operazzjoni tagħha u llejla mistennija toħroġ mill-kura intensiva.
L-iżgħar pazjenta Maltija fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares fl-Ingilterra li kienet qiegħda tistenna trapjant tal-fwied, ingħatat ċans għal ħajja ġdida.
Dan hekk kif wara li ilha kważi mindu twieldet l-isptar tistenna trapjant ta’ fwied, it-Tlieta filgħaxija waslilha l-organu li tant għandha bżonn, kif spjegatilna omm iċ-ċkejkna.
http://www.one.com.mt/2019/09/04/l-operazzjoni-ta-seba-sighat-fuq-ic-ckejkna-ellie-lesta-u-issa-ghandha-fwied-gdid/