Emma Wilson minn Lincolnshire hija waħda mill-1,200 persuna mill-pubbliku li se jkunu qed jattendu t-tieġ Irjali nhar il-Ġimgħa li ġej. Il-Prinċipessa Eugenie mistennija tiżżewweġ lil Jack Brooksbank fil-kastell ta’ Windsor, ħames xhur biss wara t-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle.
Wilson, li għandha 29 sena, rebħet kompetizzjoni li għalih applikaw iktar minn 100,000 persuna mir-Renju Unit biex ikunu fiċ-ċans li jkunu mistiedna għat-tieġ Irjali.
Hija ddeskriviet dan kollu bħala opportunità ta’ darba li ma setgħetx titlef. Stqarret li ilha żmien twil issegwi lill-Familja Rjali mill-qrib, u minn dejjem xtaqet tkun parti minn avveniment ta’ dan it-tip.
“Meta qrajt li l-prinċipessa se tkun qed tistieden persuni ‘normali’ għat-tieġ tagħha, ma stajtx nitlef dan iċ-ċans. Għadni ma nistax nemmen li jien se nkun waħda minn dawk l-iffortunati!”, stqarret iż-żagħżugħa.