Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jerġa’ jappella biex kull min hu f’saħħtu jersaq u jagħti d-demm kemm jista’ jkun malajr. Ir-riżerva ta’ demm hija baxxa ħafna u jista’ jkollna konsegwenzi mhux mixtieqa.
L-għoti tad-demm jista’ jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa, bħal dejjem, ser ikun miftuh 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00 ta’ filgħodu sas-6:00 ta’ filgħaxija.
Wieħed għandu jieħu l-karta tal-identità
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt jew fuq in-numru 79307307 jew Freephone 80074313.