Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella biex kull min ħu f’saħħtu jersaq u jagħti d-demm kemm jista’ jkun malajr. L-appell hu estiż ukoll għall-qraba u l-ħbieb ta’ dawk il-pazjenti li għadhom operazzjoni skedata fil-jiem li ġejjin.
Dan minkejja li kuljum qed isiru ammont sostanzjali ta’ donazzjonijiet tad-demm dan mhux qed ikun suffiċċjenti li joħloq riżerva abbundanti tad-demm. Prinċipalment dan qed iseħħ minħabba li mhux kull min jixtieq jagħti d-demm ikun eliġibbli li jagħti minħabba l-mard u ż-żmien ta’ rkupru li wieħed irid iħalli biex jerġa’ jkun eliġibbli biex jagħti d-demm.
F’dan il-mument wieħed irid jirrifletti fir-riperkussjonijiet ta’ riżerva baxxa ta’ demm, fosthom li jiġi ikkanċellati ammont ta’ operazzjonijiet.
L-għoti tad-demm jista’ jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ GwardaManġa, bħal dejjem, ser ikun miftuh 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00 ta filogħodu sas-6:00 ta’ filgħaxija.
Il-karta tal-identità hi meħtieġa!
Aktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt
Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313