Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa urġenti għal demm tat-tip O positive.
Fi stqarrija ntqal li biex ħadd ma’ jallarma ruħu tajjeb li wieħed jenfasizza li s-sitwazzjoni ta’ bħalissa mhix kiritika, iżda hi urġenti.
Għaldaqstant is-Servizz qed jappella għad-donazzjonijiet tad-demm kemm jista’ jkun malajr biex ir-riserva ma tinżilx għal-livell kritiku u jkunu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa.Dawk li ġew mis-safar, partikolarment dawk li waslu lura Malta fl-aħħar ġimgħat huma mitluba biex qabel jersqu biex jagħtu d-demm iċemplu 80074313 biex jiċċekjaw l-eliġibilità tagħhom biex jagħtu d-demm.
Hu ferm importanti li wieħed jieħu miegħu l-Karta’ tal-Identità meta jkun se jagħti d-demm.
L-għoti tad-demm għandu jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’manġa li jiftaħ kuljum mit-8:00 ta’ filgħodu sas-18:00.